Promenade tal-Imsida

Deskrizzjoni tal-Proġett

L-Imsida darba kienet raħal antik tas-sajd f’waħda mid-daħliet ġewwiena tal-Port ta’ Marsamxett, fit-tarf ta’ wied li jinżel minn art għolja interni. Ismimha huwa maħsub li ġej minn ‘Omm Sidna’ minħabba niċċa jew statwa tal-Madonna li s-sajjieda kienu jitolbu quddiema qabel jitilqu fuq id-dgħajjes tagħhom. Iż-żona ta’ ġewwa quddiem il-knisja parrokkjali darba kienet daħla ramlija fejn is-sajjieda kienu jiġbduu d-dgħajjes tagħhom meta ma kinux jintużaw.

Embedded YouTube Video


Ħafna mill-faċċata tal-baħar u l-marina tal-Imsida ta’ żmienna huma riżultat ta` reklemazzjoni mill-baħar wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ħafna minnhom fdalijiet proprjetajiet imwaqqgħin. Iċ-ċentru tal-Imsida u ż-żoni tal-madwar jinsabu l-fuq jew taħt il-livell tal-baħar u għalhekk kull meta tagħmel xita qawwija jew il-maltempata, ikun hemm żieda persistenti fil-livelli tal-ilma li tikkawża għargħar raġonevoli fuq l-art.

Fl-2021, il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) nediet proġett ta’ riġenerazzjoni tul il-promenade tal-Imsida bi spiża ta’ madwar €2 miljun minn fondi lokali. Il-promenades se jitwessgħu b’madwar zewg metri, mingħajr ma jitneħħew l- ispazji tal-parkeġġ eżistenti u se jinkludu korsiji għar-roti, railings ġodda mad-dawra kollha, faċilitajiet għall-irmiġġ, skall u aċċess aħjar għas-sidien tad-dgħajjes, it-tħawwil ta’ siġar li jaqblu mal-ambjent lokali, sistema ġdida ta’ tisqija, għamara tat-toroq u sistema ġdida ta’ dawl u CCTV. Ser jigu pavimentati madwar 350 metru b’materjal li jiflah ghal elementi bhal porfido u gebla tal-franka.

The regeneration of the Msida Promenade will modernise the area and eventually together with another project entrusted to GHRC, the Pieta Promenade will form a stretch of the walkway connecting Sa Maison to the Sliema Promenade.