Il-Mall

Deskrizzjoni tal-Proġett

Pale-Maille jew Palla-Maglio (Pall-mall) kienet logħba fuq il-ħaxix li kienet tintlagħab l-aktar fis-sekli 16 u 17. Il-logħba kienet popolari fis-seklu 16fl-Italja, Franza, l-Ingilterra u l-Iskozja u f’partijiet oħra tal-Ewropa tal-Punent, li wkoll sabet it-triqtha lejn Malta permezz tal-Ordni ta’ San Ġwann. Il-Mall tal-Furjana nbena mill-Granmastru Lascaris fl-1656 għar-rikreazzjoni tal-kavallieri.

Embedded YouTube Video

Karatteristika interessanti dwar il-Mall hija li tinsab fuq assi li jestendi mis-Sur ta' San Filippu fil-Furjana, tul Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta u li jispiċċa fl-ixprun tal-Forti Sant'Iermu fil-qiegħ tal-istess triq. 

Karatteristika interessanti dwar il-Mall hija li jinsab tul il-linja li tibda mill-Bastjun ta’ San Filep fil-Furjana, tul Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta u li tispiċċa f’l-ixprun tal-Forti Sant’ Iermu fil-qiegħ tal-istess triq.

Lejn l-aħħar tal-2021 il-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir(GHRC)  bdiet proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ €5 miljun għall-Ġnien tal-Mall fil-Furjana, li tgħaqqad iż-żona tal-Argotti mal-Biskuttin, Pjazza Trioton u mad-daħla tal-Belt Valletta. Il-proġett kien jinkludi titjib fl-estetika tal-ġnien permezz ta’ restawr u riabilitazzjoni bħal faċilitajiet ġodda ta’ tisqija, għamara għall-ġonna, installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dawl ġewwa u barra l-ġnien, mal-7,500m2 ta’ pavimentar ġdid inkluż il-bankini ta’ barra, bankini ġodda. saru ċnut ġodda madwaru, ir-restawr tal-monumenti u l-arkati tad-daħla u l-bini mill-ġdid tal-funtana. Ser jiġu installati servizzi ohra bħal kameras tas-sigurtà u l-internet.