Pjazza Jean de Valette

Deskrizzjoni tal-Proġett

Fl-2012, ġiet inawgurata pjazza fil-Belt Valletta bl-isem ta' Pjazza Jean de La Valette li fiha wkoll statwa tal-Granmastru. L-istatwa hija għolja 2.5m u ntefgħet fil-bronż mill-iskultur lokali Joseph Chetcuti. Fl-istatwa, La Valette tidher fl-armatura u żżomm il-pjanta tal-Belt f'id waħda u xabla fl-oħra.

Għal ħafna snin, il-verżjoni aċċettata ħafna tal-kunjom tal-Granmastru kienet de La Valette. Madankollu, waqt il-kxif tal-istatwa fi Pjazza Jean de Valette f'Novembru 2012, l-imħallef u storiku Giovanni Bonello stqarr li l-Granmastru dejjem iffirma ismu bħala de Valette mingħajr il-La. Ġimgħa wara, Désireé von la Valette Saint Georges, dixxendent tal-Granmastru, iddikjara li l-isem tal-familja kien de la Valette, mhux de Valette u minn dakinhar, bdiet tilwima dwar dak li ismu fil-fatt kien.

L-isem de Valette issa jintuża f'Malta, għalkemm ħafna għadhom jirreferu għalih bħala de La Valette minħabba l-memorja kollettiva. Is-suċċessur tal-Ordni, l-Ordni Militari Sovran ta' Malta, isejjaħ lill-Granmastru Fra' Jean de La Vallette-Parisot.