Proġetti Dwarna Aħbarijiet Sejħiet għall-Offerti Ikkuntattjana
Home/ Aħbarijiet
Stampa u aġġornamenti
26 JAN
2023
2 min qari

Proġett ta' riġenerazzjoni tal-promenade ġie inawgurat

Aġġornat l-aħħar: 26 Jan 2023
Proġett ta' riġenerazzjoni tal-promenade ġie inawgurat

Il-proġett tal-promenata li jinsab fi Triq ix-Xatt Ta' Xbiex fl-Imsida tlesta kollu kemm hu permezz ta' investiment ta' €2 miljun u xogħol imwettaq mill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC).

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-GHRC Gino Cauchi u rappreżentanti tal-kunsilli lokali tal-Imsida u Ta' Xbiex.

Il-Ministru Farrugia qal li dan l-investiment ta lok għal waħda mill-isbaħ promenati f'pajjiżna, li darb'oħra tagħti prijorità lil dawk li jużawha bil-mixi jew bir-rota.

"Proġett ieħor li jagħti prijorità lill-ħtiġijiet tan-nies u l-kwalità tal-ħajja tagħhom, u wieħed li jikkomplimenta l-proġett tal-Msida Creek imħabbar ma' Infrastructure Malta. Qed inħarsu lejn din iż-żona mhux biss bħala żona kruċjali għall-konnettività iżda wkoll bħala żona li tista' sservi bħala spazju rikreattiv għan-nies", qal il-Ministru Farrugia.

Il-ministru spjega li permezz ta' dan il-proġett, installaw dwal ġodda fit-toroq, kameras CCTV, sistema ġdida ta' tisqija, u faċilitajiet ġodda għall-irmiġġ u s-sidien tad-dgħajjes. Iż-żona ġiet imsebbħa biż-żieda ta' siġar ġodda adattati għaż-żona, u nħolqot korsija ġdida għar-roti, li tagħti prijorità liċ-ċiklisti.

Il-ministru spjega wkoll kif dan il-proġett, immexxi mill-GHRC, jikkomplimenta l-viżjoni tal-gvern għall-Port il-Kbir. "Irridu ntejbu dan il-port u ż-żoni ta' madwaru filwaqt li nżommu u nsaħħu l-aspett kummerċjali tiegħu, filwaqt li niżguraw li jkompli jattira forom varji ta' investiment. Mhux biss tjibna l-estetika, iżda żidna wkoll is-sigurtà għal dawk li se jgawdu l-proġett bil-mixi, bir-rota, jew saħansitra bid-dgħajsa", ikkonkluda l-Ministru Farrugia.

Aqsam

Kompli aqra

Aktar aħbarijiet →