Dwar dan il-proġett
Bl-għan li ttejjeb il-konnettività bejn iż-żona tal-lanċa f'Marsamxett u Triq Marsamxetto (fiż-żona tal-Mandraġġ), il-GHRC ħolqot kunċett ta' proġett biex tinbena faċilità ta' aċċess vertikali f'dan l-inħawi popolari tul is-sena kollha. Tul is-snin, ġew imfassla numru ta' pjanijiet biex jinħoloq dan il-konnessjoni, madankollu, minħabba raġunijiet tekniċi u finanzjarji l-proġett qatt ma twassal. Dan sal-2018 meta l-inizjattiva ġiet approvata biex tiġi inkluża fil-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea ERDF.06.996 Regeneration of Marsamxett Project, u b'hekk setgħu jitwettqu studji ta' fattibbiltà u tekniċi.
Huwa mistenni li l-lift ta' tlettax-il passiġġier ikun kompletament operattiv fl-2025, u b'hekk vjaġġ ta' 20 sekonda se jnaqqas jekk mhux jelimina kwalunkwe xkiel għall-persuni li jimxu li bħalissa jeħtieġu jimxu telgħa qawwija biex jaslu l-Belt Valletta miż-żona tal-lanċa ta' Marsamxett.
Is-sit fih ħafna saffi ta' storja li jibdew mill-eqdem saff magħruf, il-barriera, li kienet tintuża matul il-bini tal-Belt Valletta fis-seklu 16, sal-aktar saff riċenti tal-viċinat tal-Mandraġġ tas-seklu 20.
Xogħlijiet għaddejjin:
Marsamxett
Wara l-Assedju l-Kbir, il-Gran Mastru Jean Parisot de Valette iddeċieda li l-Kavallieri kellhom jibnu belt fortifikata b'żewġ portijiet protettivi: il-Port ta' Marsamxett u l-Port il-Kbir. Meta ndunaw li l-ewwel wieħed kien espost għal riħ u kurrenti qawwija, il-Kavallieri ffukaw il-miżuri protettivi ewlenin tagħhom lejn il-Port il-Kbir.
In-naħa tal-Port ta' Marsamxett fil-Belt Valletta bdiet tissejjaħ il-Marsamxetto Ferry Landing wara li ġie introdott servizz ta' lanċa bil-fwar bejn Tas-Sliema u l-Port il-Kbir. Għalkemm permezz ta' teknoloġija tal-baħar differenti, is-servizz tal-lanċa għadu jopera sal-lum.
L-Għażla tal-Ġnien tal-Peacock
Studju ta' fattibbiltà, imwettaq minn kumpanija arkitettonika rinomata, għażel erba' għażliet possibbli fejn seta' jinbena l-aċċess vertikali. Ġew ivvalutati diversi parametri u sussegwentement, ir-rapport ikkonkluda li l-aktar preferenza fattibbli tkun l-għażla tal-Ġnien tal-Peacock. Peress li d-daħla u l-ħruġ għal-lift huma t-tnejn maġenb rotta vetturali eżistenti, hemm il-possibbiltà li tiġi integrata żona ta' tagħbija/ħatt għat-taxis u trasport pubbliku ieħor lejn il-Belt Valletta.
Aspetti Tekniċi
L-istadju ta' implimentazzjoni
Il-proġett ġie maqsum fi tliet fażijiet jiġifieri l-istadju ta' skavar u tisħiħ strutturali, l-installazzjoni tal-lift tal-passiġġieri, u l-installazzjoni tas-servizzi u l-ifinituri.
L-ewwel fażi kkonsistiet fit-tkabbir tal-iskavar ta' fossa eżistenti fil-livell tal-Ġnien tal-Peacock. Dan involva t-tneħħija tal-livell tal-ħamrija eżistenti u l-irkupru ta' oġġetti arkeoloġiċi. Tul dan il-proċess, sensiela ta' virgi tal-azzar inossidabbli ġew imdaħħla fil-ħamrija u l-blat eżistenti biex jiżdied is-saħħa strutturali filwaqt li nbnew sebà travi ċirkolari biex jirreżistu l-forzi eżistenti. Ladarba din il-fażi tlestiet, il-blat ta' taħt ġie skavat bir-reqqa sal-livell u d-daqs meħtieġ biex jifforma x-xaft vertikali tal-lift. B'mod parallel, ġiet skavata mina ta' tnax-il metru biex tippermetti konnessjoni orizzontali bejn iż-żona tal-lanċa u l-aċċess vertikali.
Il-fażi sussegwenti tinkludi t-twaqqif ta' struttura tal-azzar li għandha sservi bħala hoistway għal-lift tal-passiġġieri, l-installazzjoni tal-kabina tal-lift u l-motorizzazzjoni, u l-bini ta' inċentru bil-ħġieġ. Bħalissa qed jitfassal id-dokument tas-sejħa għall-offerti u sejħa għall-offerti hija mistennija tiġi ppubblikata sa tmiem Ġunju 2024.
L-istadju finali se jinkludi l-installazzjoni ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi addizzjonali, l-ELVs, xogħlijiet ta' tħaġġir, u għamara tat-triq fil-Ġnien tal-Peacock u ż-żona tal-lanċa.
Bħalissa qed jintlaħqu l-istadji finali tal-ewwel fażi.
Xogħlijiet għaddejjin:









