Dwar dan il-proġett
Il-Lift oriġinali tal-Barrakka ta' Fuq kien wieħed miż-żewġ proposti bħala trasport vertikali mal-introduzzjoni tat-tramway f'Malta, tlesta f'Settembru 1905 u tnieda f'Diċembru ta' wara. L-ispiża kienet £5,000.
Il-lift kien għoli 200 pied u l-piż totali tiegħu kien madwar 75 tunnellata. Kull kabina kienet iġġorr tnax-il passiġġier.
Is-servizz kompla b'waqfa qasira matul l-Ewwel Gwerra Dinjija, iżda eventwalment ħadem b'telf minħabba t-tnaqqis fil-vapuri kummerċjali, il-vapuri tar-Royal Navy u t-tranżitu bil-baħar sakemm is-servizz waqaf jopera fl-1 ta' Frar 1973 u fl-aħħar tħott fl-1983.
Fl-2004 sar pjan biex jinbena lift ġdid partikolarment biż-żieda fl-industrija tal-cruise liners u l-introduzzjoni mill-ġdid proposta tal-lanċi tal-port. Il-proġett ġie fdat lill-Grand Harbour Regeneration Corporation (GHRC) u stmat li jiswa madwar €2 miljun, iffinanzjat parzjalment mill- European Regional Development Fund.
Ir-trasport vertikali l-ġdid ġie inawgurat fil-15 ta' Diċembru 2012, jilħaq l-għoli ta' 58 m 190 ft u jikkonsisti minn struttura tal-konkos għolja mdawra b'xibka tal-aluminju. Iż-żewġ kabini tiegħu jistgħu jġorru sa 21 passiġġier kull waħda u kull vjaġġ idum madwar 23 sekonda. Hemm ukoll taraġ mill-Barrakka sal-art tal-foss t'isfel.

QabelWara
QabelWara