Dwar dan il-proġett
Il-fortifikazzjonijiet ewlenin ta' Il-Belt Valletta kienu separati minn foss fond, u Porta Reale kienet koperta minn Piazza d'Armi u ravelin. Matul is-seklu 17, il-fortifikazzjonijiet ta' Il-Belt Valletta ssaħħu bil-bini ta' erba' counterguards tul il-front tal-art, kif ukoll bir-Ravelin ta' Santa Maddalena, b'foss żgħir li kien jissepara r-ravelin u l-bonnet fuq quddiem tiegħu. It-triq li twassal għall-Porta Reale kienet tgħaddi minn sally port taħt il-glacis u l-covertway, madwar ir-ravelin, minn caponier, sal- Piazza d'Armi u fl-aħħar tul il-pont ġewwa l-belt.
Diversi tibdiliet u żidiet saru fil-fortifikazzjonijiet ta' Il-Belt Valletta matul il-ħakma Ingliża, inkluża ż-żieda ta' batteriji u pożizzjonijiet tal-kanuni. Lejn tmiem is-seklu 19, ir-Ravelin ta' Santa Maddalena u l-fortifikazzjonijiet konnessi kollha tiegħu tneħħew, il-foss baxx tiegħu ntradam bil-fdal, u ż-żona ġiet illivellata għal inklinazzjoni ħafifa li tinżel lejn il- Porta Reale.
L-ispazju miftuħ il-ġdid serva biex jagħti veduta aħjar meta wieħed jersaq lejn il-kapitali u parti minnu ntużat għall-ewwel bħala terminal għall-omnibus miġbud biż-żwiemel u l- karozzini. Bejn l-1905 u l-1929, is-sistema tat-tram ġiet introdotta f'Malta. Ukoll fl-1905, l-ewwel karozzi tal-linja ġew importati. Iż-żona barra l-Porta Reale għaddiet minn numru ta' stadji flimkien mal-mod tat-trasport, iżda fl-aħħar il-karozza tal-linja rebħet it-tellieqa.
Sensiela ta' rinnovazzjonijiet saru fuq il-pjazza u eventwalment ġiet ikkonvertita f'terminal tal-karozzi tal-linja. Il-ġawhra tal-pjazza kienet il-Funtana famuża tat-Tritoni, li oriġinarjament tlestiet f'Mejju 1959. Din il-funtana maestuża tat lill-pjazza perspettiva differenti, u li kienet l-ewwel, l-akbar u l-uniku tip ta' monument akkwatiku fil-gżira. Parti mit-tisbiħ inkludiet kenn għall-passiġġieri tal-briks tal-ħġieġ u boothijiet tal-biljetti, li fl-aħħar ġew ikkonvertiti f'kjosks.

QabelWara


