Konsultazzjoni Pubblika

Konsultazzjoni Pubblika

Monument tas-Sette Giugno

MistoqsijaFejn fil-Belt Valletta, għandu jitqiegħed il-Monument tas-Sette Giugno?​

Is-Sette Giugno hija festa nazzjonali ċċelebrata kull sena fis-7 ta' Ġunju, li tfakkar il-ġrajjiet li seħħew matul dik il-ġurnata tas-sena 1919.

Fis-7 ta' Ġunju, 1986, monument li jfakkar dan l-avveniment ġie inawgurat fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta.

Minħabba xogħlijiet ta' tisbiħ li sar fi Pjazza San Ġorġ, dan il-monument kien tneħħa mill-pjazza sakemm jitlestew ix-xogħlijiet, izda anke wara li dawn tlestew, dan kien tħalla merfugħ għal ħafna żmien.

Wara ħafna kritika dwar il-fatt li monument nazzjonali tħalla merfugħ, il-monument tpoġġa fi Ġnien Hastings minn Gvern preċedenti.

Għal dan il-għan, qed tiġi mnegħdija konsultazzjoni pubblika sabiex jiġi stabbilit post permanenti xieraq, fejn dan il-mafkar sinifikattiv ta' ġrajja importanti fl-istorja ta' pajjizna jiġi allokat.​

Skop: Il-pubbliku qed jiġi mistieden jissottometti ideat u suġġerimenti dwar fejn jaħseb li għandu jitqiegħed dan il-monument nazzjonali.

Konsiderazzjonijiet:  Il-pubbliku għandu jikkunsidra li l-monument għandu jitqiegħed f'post fil-viċinanzi ta' fejn seħħew il-ġrajjiet, fi spazju adekwat fejn tkun tista' ssir iċ-ċerimonja annwali u f'post li jirrispetta d-daqs tal-monument innifsu.

Sottomissjonijiet:  Is-sottomissjonijiet kollha għandhom jaslu sa nhar it-Tnejn, 18 ta' Lulju, 2016, liema data tagħlaq din il-konsultazzjoni:

  • Permezz tal-posta, fl-indirizz - Grand Harbour Regeneration Corporation
                                                     Triq Antonio Maurizio Valperga,
                                                      Floriana,  Malta,  FRN 1700
                                                      Tel: 22482600

Grazzi bil-quddiem għas-sottomissjoni tiegħek.

Jekk jogħġbok kun infurmat li s-sottomissjonijiet jistgħu jkunu ppublikati fuq is-sit ta' din il-konsultazzjoni.

 ​​​​_______________________________________________________________________________________________________

Public Consultation

Sette Giugno Monument

Where in Valletta should the Sette Giugno monument be permanently placed?

Sette Giugno is a national holiday celebrated annually on 7th June.  It commemorates events which occurred on that day in 1919.

On 7th June 1986, the Sette Giugno monument was inaugurated at St. George Square, Valletta.

Due to the renovation of St. George Square, the monument was temporarily removed from the square, but even after the works were completed, it was kept stored.

Due to great public appeal against the storage of such a nationally important monument, it was placed in Hastings Gardens, Valletta by the previous administration.

In view of this, a public consultation is being launched in order to establish an appropriate permanent location for this national memorial.

Aim:  The general public is being invited to submit views and suggestions as to where this national monument should be permanently placed.

Considerations:  The public should keep in mind that the monument should be placed in the vicinity of where the riots were held, in an appropriate and possibly open space where the annual commemorative ceremony can take place and in respect of the monument's size.

Submissions: All input towards this consultations must be received by Monday 18th July and must be sent in through the following channels:

  • By post - Grand Harbour Regeneration Corporation
                   Triq Antonio Maurizio Valperga,
                   Floriana,  Malta,  FRN 1700
                   Tel: 22482600

We thank you for your input.

Please be informed that submissions may be published on the webpage of this consultation at the end of the scoping phase.





​​​​​​​​​​​